“Ngħid Il-Verità: Il-Ħajja Tal-Lum Mhux Bħalma Kienet Meta Konna Żgħar” – Ivan Gaffiero Jqabbel Il-Ħajja Tad-Dari Ma’ Tal-Lum

Il-personalita lokali Ivan Gaffiero, dalgħodu għamel riflessjoni dwar il-ħajja li ngħixu llum ma’ dik tal-passat. Hu jistqarr, “Ngħid il-verità: il-ħajja tal-lum mhux bħalma kienet meta konna żgħar. Dak iż-żmien konna nifirħu b’ħaġa żgħira. Kont nistenna b’qalbi kollha li nilbes xi ħaġa ġdida, li nieħu biċċa ċikkulata,
jew li naraw it-TV bil-kulur… u dak kien biżżejjed biex inħossni l-iktar bniedem kuntent fid-dinja.”



Hu jkompli, “Nemmen li ma kellna xejn, imma fil-verità kellna kollox: familja, ħbiberija, sempliċità u paċi fil-qalb. Illum ħafna għandhom kollox, imma ftit għandhom il-paċi, ftit għandhom il-ferħ, u ftit jafu x’inhu li tkun tassew kuntent. Forsi l-problema mhix li m’għandniex biżżejjed, imma li tlifna l-ħila li nifirħu b’dak li għandna.”



X’taħseb dwar dan int?



Ritratti:

Facebook / Ivan Gaffiero

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI