Tqum Bil-Lejl? – L-Esperti Jispjegaw Kemm Hu Normali U Meta Għandek Tinkwieta

Ladarba ngħaddu mit-tfulija, li torqod lejl sħiħ isir rari u ħafna nies jibdew jqumu bil-lejl b’mod regolari. Skont esperti tal-irqad, dan huwa normali u mhux bilfors sinjal li hemm problema.

Stress qawwi, fost fatturi oħra, jista’ jwassal għal qawmien frekwenti, l-istess bħall-apnea fl-irqad li kultant tibqa’ mhux dijanjostikata. Dr Morgan Soffler jispjega li fl-apnea fl-irqad, il-muskoli tal-gerżuma jirrilassaw wisq waqt l-irqad u jimblukkaw in-nifs, u l-moħħ iqajjem lill-ġisem bħala mekkaniżmu ta’ protezzjoni biex jerġa’ jieħu n-nifs kif suppost.

Imma kemm hu normali li tqum bil-lejl? Skont Dr Ruchir Patel, adulti żgħażagħ normalment jqumu darba jew darbtejn kull lejl, persuni ta’ età medja darbtejn jew tliet darbiet, filwaqt li persuni anzjani jistgħu jqumu bejn tliet u ħames darbiet. Huwa jżid li l-aktar ħaġa importanti mhijiex kemm-il darba tqum, iżda jekk tkunx kapaċi terġa’ torqod fi żmien 30 minuta jew inqas.

Fost fatturi oħra li jistgħu jfixklu l-irqad hemm Restless Leg Syndrome, problemi fil-ġilda bħall-ekżema, l-użu tal-alkoħol qabel torqod, bidliet ormonali, temperatura għolja wisq fil-kamra, saqqu li ma joffrix appoġġ tajjeb jew effetti sekondarji ta’ ċerti mediċini. Jekk persuna tħossha kontinwament għajjiena minkejja li torqod bejn seba’ u tmien sigħat, l-esperti jirrakkomandaw li tikkonsulta speċjalista tal-irqad biex tiġi identifikata l-kawża.

Intant, in-newroxjenzat Andrew Huberman qasam parir sempliċi għal min jqum bil-lejl u jsibha diffiċli jerġa’ jorqod. Huwa jissuġġerixxi li wieħed jieħu n-nifs bil-mod b’nifsijiet twal ’il barra, iżomm għajnejh magħluqa. Skontu, din it-teknika tista’ tgħin biex il-ġisem jikkalma u jerġa’ jorqod fi ftit minuti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI