“Ħdax-Il Sena Flimkien..Ma Hemmx Kliem Biżżejjed Biex Nesprimi Kemm Inħobbok!” – Il-Kantanta Maria Lewis Lil Żewġha Aaron

Il-kantanta Maltija Maria Lewis qasmet messaġġ mill-isbaħ u mimli emozzjoni f’okkażjoni speċjali ħafna – il-11-il anniversarju taż-żwieġ tagħha ma’ żewġha Aaron.

Fuq il-mezzi soċjali, Maria rriflettiet fuq dawn is-snin flimkien, li skontha “għaddew bħal leħħa ta’ berqa,” fejn qalet li beda donnu l-bieraħ. Fil-messaġġ tagħha, hija rringrazzjat lil Aaron għall-imħabba, il-mumenti ta’ tbissim, il-memorji sbieħ u l-avventuri kollha li għadhom jaqsmu flimkien sal-lum.



Maria stqarret li tassew tħossha xxurtjata u għalhekk tirringrazzja lil Alla kuljum talli berikha bl-għażiż żewgha u talli dejjem jiggwidahom f’ħajjithom u ż-żwieġ tagħhom. Lejn l-aħħar tal-messaġġ saħqet li tħobbu aktar milli qatt jistgħu jesprimu l-kliem u temmet bi frażi emozzjonali li messet il-qlub:Għal dejjem tiegħek, martek Maria.”



Dan il-messaġġ laqat lil bosta segwaċi tagħha, li ma qagħdux lura milli jesprimu l-awguri tagħhom f’din il-ġurnata tant sinifikanti għal din il-koppja tant maħbuba. F’isem Gwida.mt nawgurawlhom iktar snin ta’ mħabba flimkien.



Ritratti:

Facebook/ Maria Lewis Singer

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI