Mijiet ta’ snin ilu pajjiżna ntlaqat minn dik li sal-lum il-ġurnata għadha titqies bħala l-agħar tromba tar-riħ li qatt laqtet lill-Ewropa. Dan id-diżastru naturali li kien laqat lil pajjiżna fil-Port il-Kbir kien ħasad il-ħajja ta’ madwar 600 ruħ.
Illum il-ġurnata m’huwiex magħruf b’mod ċar meta seħħet din it-traġedja hekk kif filwaqt li ċerti sorsi jsostnu li seħħet fl-1551, oħrajn jisħqu li fil-fatt seħħet bejn l-1555 u l-1556.
Baħrin u ħaddiema tal-port kienu fost dawk li sfaw vittmi ta’ din it-tromba tar-riħ li kienet saħansitra laħqet veloċità ta’ 230 kilometru fis-siegħa.
Din it-traġedja li tibqa’ mniżżla fl-istorja ta’ pajjiżna bħala waħda mill-agħar u l-iżjed fatali reġgħet sabet ruħha fiċ-ċentru tal-attenzjoni fl-isfond tal-maltempata li laqtet lil pajjiżna matul dawn l-aħħar jiem u li ħalliet warajha ħerba sħiħa. B’xorti tajba madankollu ċ-ċiklun Harry ma kkawża l-ebda fatalitajiet.
Nittamaw li qatt f’pajjiżna ma nerġgħu naraw traġedji bħal dawn!
ChatGPT