Il-‘Live Shows’ Jinsabu Hawn – Illejla Tibda Verament L-Isfida!

X Factor Malta 5 Live Show

Mill-Ħadd li 11 ta’ Jannar, beda jixxandar il-vjaġġ ta’ X Factor Malta: Back to Win. Ġimgħa ilu komplejna rajna grupp ieħor ta’ awdizzjonijiet, biex minnhom intgħażlu 12-il finalist.



Bħalma jiġri kull sena, dawn it-12 jinqassmu f’erba’ kategoriji, kull waħda mmexxijja mill-membri tal-ġurija. Din is-sena għandna:



Tim Howard: Amelia, Miguel, Lapes u Nadine

Tim Aleandro: Jasmine, Shanice, u Shauna

Tim Amber: Owen, Mamaclay, Kyle

Tim Philippa: Maya, Lisa, Bloodline

Illejla tkompli l-iktar parti ta’ tensjoni u eċitament mill-kompetizzjoni, hekk kif dawn l-artisti jridu jikkonvinċu lill-pubbliku, u jista’ jkun anke lill-ġurija, biex jivvutawlhom, ħalli jimxu għall-fażi li jmiss.

Ġimgħat ta’ provi, u ħidma ma tiqafx. Ilkoll jistħoqqilhom ħafna suċċess! Awguri lill-kantanti kollha!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI