Fabio Spiteri, raġel sportiv u attivist għall-annimali, irnexxielu jiġbor somma sabiħa għall-annimali fil-bżonn permezz tal-passjoni tiegħu għall-isport estrem. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, hu spjega li l-vjaġġ mhu faċli xejn.
Hu ppubblika diversi ritratti ta’ ġrieħi, fosthom kien hemm dawk li jidhru kemmxejn serji, iżda minkejja kollox, hu qatt ma qata’ qalbu u issa qed jipprepara għal Brasil Ultra Tri Double Deca.
“Qatt ma kienet faċli… wara kull tellieqa estrema li nlesti, hemm storja xi tgħid. Tletin sena fl-isports, tmien snin fi tlielaq estremi, fallejt kemm il-darba!! Issa qed nipprepara għall-kbira – Brasil Ultra Tri Double Deca, 78km għawm, 3600km bir-rota, u ġirja ta’ 844km.”
Kuraġġ Fabio! Aħna warajk u verament nammiraw id-dedikazzjoni tiegħek!
Facebook / Fabio Spiteri