llum il-Ministru Chris Bonett u l-għażiża martu jiċċelebraw 19-il sena miżżewġin, anniversarju li jfakkar snin twal ta’ mħabba, sħubija u esperjenzi flimkien.
Hu jibda billi jikteb, “19-il sena. Daqshekk ilna nieħdu paċenzja b’xulxin. B’ħarsa waħda niftiehmu. Pariri nagħtu lil xulxin il-ħin kollu. Nimbxu lil xulxin u iva xi kultant argument iebes ma jonqosx.” Kliem li b’mod sempliċi u onest juri r-realtà ta’ relazzjoni mibnija fuq il-komunikazzjoni u l-kompromess.
Ma’ dan Chris iżid, “Però minkejja t-tlajja u l-inżul dejjem konna hemm għal xulxin, u naf li b’xi mod jew ieħor dejjem mexxejna ‘l quddiem. Il-blata tiegħi. Inħobbok Maxilene.” Messaġġ li jqanqal emozzjoni u juri kemm il-qawwa ta’ koppja tinsab fil-fatt li jibqgħu jappoġġjaw lil xulxin f’kull ċirkostanza.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan l-anniversarju importanti, u nittamaw li s-snin li ġejjin ikunu mimlija aktar mumenti sbieħ, saħħa, u mħabba li tkompli tikber jum wara jum.
Facebook / Chris Bonett