Id-Dipartiment tal-Informazzjoni fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ħabbar li ser ikun qed jingħata appoġġ finanzjarju għal 42 għaqda li tipparteċipa fil-Karnival 2026.
Dan se jsir Grazzi għall-Iskema ta’ Fondi għall-Għaqdiet Kulturali taż-Żgħażagħ parteċipi fil-Karnival 2026. Il-fondi ser jiġu mqassma fost l-għaqdiet benefiċjarji li jservi ta’ sostenn għall-produzzjoni ta’ kostumi, żfin, mużika u elementi artistiċi oħra li jintużaw fil-Karnival.
“Din l-għajnuna qed tippermetti lill-għaqdiet ikomplu jinvestu fil-kwalità, fl-innovazzjoni u fit-talent lokali,” jiktbu fuq il-paġna.
Facebook/ Il-Karnival ta’ Malta