“Is-Sena Ġdida Tiegħi Tibda Bi Proġett Li Ilni Noħlom Bih.” – Moira Stafrace B’Aħbar Eċitanti Wara Għeluq Sninha

Moira Stafrace

Hekk kif il-kantanta lokali Moira Stafrace għadha kif iċċelebrat jum għeluq sninha xtaqet tirringrazzja lil kull min ħa l-ħin biex jibgħat messaġġi sbieħ t’awgurju.

Hi tikteb li gawdiet tmiem il-ġimgħa t’għeluq sninha mdawra bil-familja u l-ħbieb tagħha.

“Is-sena ġdida tiegħi tibda bi proġett li ilni noħlom bih għal żmien twil, u ninsab eċitata immens għall-kunċert tiegħi li se jsir f’Tigulio fil-21 ta’ Frar… l-ewwel gig f’ismi.”

Hi tħeġġeġ lis-segwaċi kollha tagħha biex ikunu hemm biex isegwuha u jappoġġjawha. “Ejjew u aqsmu miegħi din il-mument speċjali! Grazzi mill-qalb. Ħafna mħabba.”







Ritratti:

Facebook/ Moira Stafrace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI