Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn relatati mat-80 anniversarju mit-tqegħid u t-tberik tal-ewwel ġebla tal-Knisja Arċipretali.
Huma bdew billi qalu, “Il-Parroċċa llum tfakkar it-80 anniversarju mit-tqegħid u t-tberik tal-ewwel ġebla tal-Knisja Arċipretali mill-E.T. Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi fi żmien il-parrokat tal-Kappillan Dun Alwiġ Psaila.”
Komplew billi żiedu jgħidu, “F’dan il-jum speċjali nitolbu lil Alla biex ikompli jxerred fuq il-komunità tagħna xita ta’ grazzji u biex il-majestà ta’ din id-dar tal-Mulej tfakkarna fil-fidi, l-imħabba u s-sagrifiċċju ta’ dawk li bdew u wasslu ‘l quddiem dan il-proġett b’qalb kbira.”
Facebook/Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi