Bħal-lum ħalla din id-dinja Patri Piju, Edwin Sammut. Twieled nhar is-16 ta’ Settembru 1948. Kien beda s-sena tan-Novizjat nhar il-21 ta’ Settembru 1964, fl-Indipendenza. Fit-8 ta’ April 1972 ġie ordnat saċerdot.
Il-paġna tal-Kunvent tikteb, “L-għodwa t-tajba ħbieb. Illum jagħlaq ħames snin is-Sema (dak li aħna komunement ngħidu mejjet) ħuna P. Piju tal-Bambin Ġesu’ (Sammut).”
Waqt li kien konventwali f’Kunvent Santa Tereza ta’ Bormla, kien imfittex ħafna għall-qrar, għad-direzzjoni spiritwali u għall-priedki.