Olaf McKay, is-Sindku tal-Belt Valletta, għadu kif qasam messaġġ sempliċi iżda mimli piż emozzjonali hekk kif fakkar l-għeluq snin ta’ ommu li m’għadhiex fostna.
F’kitba qasira iżda mill-qalb, Olaf kiteb: “Awguri f’għeluq sninek fis-sema Ma, inħobbok u nimmisjak ħafna…” kliem li laqat qalb bosta segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali.
Dan il-messaġġ jixhed ir-rabta qawwija bejn omm u iben u jfakkarna li anke meta persuna tkun ‘il bogħod fiżikament, tibqa’ preżenti fil-memorji, fl-imħabba u fil-ħsibijiet. Bla dubju dan huwa kliem li ma jeħtieġx ħafna spjegazzjoni għax jitkellem waħdu dwar in-niket, in-nostalġija u l-imħabba li ma tintemm qatt.
Kienu bosta dawk li wieġbu għal dan il-messaġġ b’kummenti ta’ sapport u ta’ kuraġġ. Mumenti bħal dawn ifakkruna li lil hinn mir-rwoli pubbliċi u l-karigi, hemm ukoll l-indiviwdu li hu biss jaf x’hemm f’qalbu u hu biss jista’ jifhem dak li qed iġarrab flimkien mat-tifkiriet u l-uġigħ li ġġib magħha t-telfa.
Minn Gwida.mt insellmu l-memorja ta’ omm Olaf McKay u nittamaw li l-imħabba u l-memorji jibqgħu sors ta’ serħan u kuraġġ.
Facebook/ Olaf Mckay