“Narakom It-Tnejn Fis-Sebgħa Ta’ Filgħaxija, Mingħajr Maskra” – Briefcase Man

Il-persuna misterjuża magħrufa bħala ‘The Briefcase Man’ ħabbret li nhar it-Tnejn filgħaxija se nkunu qed naraw wiccha.

Ippubblika filmat fejn jidhru l-pulizija mdawwrin miegħu, iwissuh li ma jistax jilbes iktar il-maskra. Diversi persuni qabżu għalih hekk kif qalu lill-pulizija, “Qed jagħmel xi ħaġa tajba, m’għamel xejn ħażin.”

Hu spjega, “Ġejt ikkuntattjat u qaluli li legalment m’għandix permess nagħmel il-filmati bil-maskra iżjed. Dan għaliex li tilbes maskra fil-pubbliku teknikament hu llegali f’Malta u għalhekk għandi nirrispetta l-liġi. L-intenzjoni tiegħi dejjem kienet li naqsam l-imħabba magħkom, u xejn iżjed. Ma baqagħlix għażla. Narakom it-Tnejn fis-sebgħa ta’ filgħaxija, mingħajr maskra.”

Fuq il-paġna tiegħu, the briefcase man xorta kiteb kliem ta’ tifħir għall-pulizija għaliex spjega li huma qed jagħmlu xogħlhom, u hu jixtieq jimxi mal-liġi.

Minkejja li se jkollu jikxef is-sigriet tiegħu kontra qalbu, aħna nirrispettaw id-deċiżjoni tiegħu u ninsabu kemmxejn ħerqanin biex insiru nafu min hi din il-persuna b’qalb tad-deheb, li qed tagħmel tant ġid sieket f’pajjiżna.







Ritratti:

Pexels u Instagram / @thebriefcaseman

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI