“Kulħadd Mistieden Jattendi Għall-Quddiesa Ċċelebrata Mil-Kardinal Pietro Parolin” – Arċidjoċesi Ta’ Malta

Il-pjattaforma soċjali tal-Aċridjoċesi ta’ Malta ittella’ dan il-messaġġ dwar quddiesa li ser isseħħ għada l-1 ta’ Frar 2026 fil-Konkatridal Ta’ San Ġwann Fil-Belt Valletta fid-9.30 ta’ filgħodu,

“Kulħadd mistieden jattendi għall-quddiesa ċċelebrata mil-Kardinal Pietro Parolin, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, nhar il-Ħadd l-1 ta’ Frar 2026. Miegħu se jikkonċelebraw l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, in-Nunzju Appostoliku Savio Hon Tai-Fai, kif ukoll l-isqfijiet emeriti. Il-quddiesa bl-Ingliż se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta fid-9:30am.

Din il-quddiesa hi parti miż-żjara tal-Kardinal Pietro Parolin li tagħlaq iċ-ċelebrazzjonijiet li saru matul is-sena li għaddiet, li fakkru s-60 anniversarju mir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u s-Santa Sede.”







Ritratti:

Ritratt: Facebook / Ryan Cachia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI