“Ħolma Li Saret Realtà!” – Lyndsay Pace F’Hollywood Tingħata L-Unur Għall-Aqwa Kanzunetta Pop

Fis-serata tal-World Entertainment Awards li seħħet ilbieraħ f’Hollywood fl-Amerka, il-kantanta Maltija Lyndsay Pace rnexxielha tirbaħ l-unur għall-aqwa kanzunetta pop. Hi rebħet dan l-unur bil-kanzunetta tagħha ‘Trippin’ li kienet nediet madwar 3 snin ilu.

Fl-ewwel kummenti tagħha wara li rebħet dan l-unur, Lyndsay saħqet li għaliha din hija “ħolma li saret realtà” u tenniet is-sodisfazzjon tagħha li l-karriera mużikali tagħha qed teħodha wkoll barra minn xtutna u b’hekk qed jirnexxielha wkoll tagħmel unur lil pajjiżna.

Nawguraw lil Lyndsay Pace għal dan is-suċċess!







Ritratti:

Instagram / Lyndsay Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI