Illum Nilqgħu T-Tieni Xahar Tas-Sena, Frar – Xahar Li Jġib Miegħu L-Eqqel Tax-Xitwa U T-Tradizzjonijiet Maltin

Ix-xahar ta’ Frar 2026 se jkun wieħed mimli bidliet fit-temp u b’elementi li ħafna jassoċjaw max-xitwa Maltija. Skont il-paġna It-Temp Madwarna, dan ix-xahar se jġib miegħu baħar imqalleb, jiem kesħin u mumenti li jfakkruna f’kemm ix-xitwa għadha preżenti.

Fost il-karatteristiċi ewlenin ta’ Frar hemm il-jiem iqsar tas-sena, li jfissru inqas sigħat ta’ dawl, filwaqt li jiftaħ b’qamar kwinta; dettall li jinteressa lil ħafna dilettanti tan-natura u tas-sema. It-temp mistenni jkun aktar kiesaħ mis-soltu, b’baħar spiss imqalleb, xeni li joffru spettaklu naturali speċjalment f’żoni kostali u f’Għawdex. Ritratti bħal ma jidher fl-artiklu tad-Dwejra juru s-sbuħija qawwija tal-baħar fix-xitwa, anke jekk dawn il-kundizzjonijiet jitolbu aktar attenzjoni.



Frar huwa wkoll xahar sinifikanti għall-aspett kulturali u reliġjuż. Dan ix-xahar iġib miegħu waħda mill-iktar festi importanti f’Malta: dik ta’ San Pawl, festa marbuta direttament mal-wasla tiegħu fil-gżejjer Maltin. F’dan iż-żmien niċċelebraw ukoll il-karnival, żmien ta’ ferħ, kostumi u bluha. Wara bosta preparamenti, il-Karnival jieħu postu f’diversi lokalitajiet u jġib miegħu ukoll il-vaganzi sabiex inkunu nistgħu ngawduh flimkien. Lejn l-aħħar tax-xahar jibda imabgħad iż-żmien tar-Randan, perjodu importanti fil-kalendarju Nisrani. Barra minn hekk qed jingħad li Frar se jkun qed  jagħlaq b’dak li l-Maltin isejħu t-“tieni Gandlora”, jiġifieri jiem ta’ temp xitwi lejn l-aħħar tax-xahar



Fl-aħħar mill-aħħar Frar 2026 jidher li se jkun xahar ibbilanċjat bejn il-qawwa tan-natura, it-tradizzjoni u l-bidliet gradwali fit-temp; pass ieħor li jwassalna bil-mod il-mod lejn ir-rebbiegħa, iżda mhux mingħajr ma jfakkarna fil-karattru awtentiku tax-xitwa Maltija.



Ritratti:

Facebook/ It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI