Joanna Mallia, attivista għall-annimali, kitbet aġġornament dwar qattus li ġie salvat minn sitwazzjoni kerha ħafna.
Hi kitbet, “Tiftakru l-qattus Persian li salvajna waqt Storm Harry? Mill-ġurnata li salvajnieh, tfaċċaw diversi problemi u morna nżuru l-vet ħafna drabi. Dalgħodu, Baby il-Persian ma kienx qed jieħu nifs sew u kien jidher dgħajjef ħafna. Morna niġru għand il-vet. Ħadulu xi x-rays, echo tal-qalb u tawh l-ossiġnu. S’issa il-kont tela kważi tliet mija u Baby se jkollu jibqa’ għand il-vet. Sfortunatament peress li għandi żewġ każijiet oħrajn ta’ FIP li jiswew iktar minn elfejn ewro, ma naffordjax dan il-kont. Ma kontx naf li dan il-każ kien se jiswa daqshekk.”
Hi qed titlob lis-segwaċi tagħha għall-għajnuna. Spjegat li donazzjonijiet jistgħu jingħataw fuq Revolut jew BOV fuq in-numru 79703557.
Facebook / Joanna Mallia