Il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares irringrazzjaw lil tifla b’qalb tad-deheb jisimha Lenah, għaliex f’jum għeluq sninha, għażlet li tgħin lil tfal oħrajn minflok tirċievi r-rigali.
Kitbu, “Lenah Borg Conti għalqet disa’ snin u ċċelebrat għeluq sninha mal-familja u l-ħbieb tagħha. Minflok rigali, hi staqsiet għal donazzjonijiet għal Puttinu Cares. Grazzi għall-qalb kbira tagħha, is-somma meraviljuża ta’ €2,400 inġabret b’risq Puttinu Cares.”
Żiedu jgħidu, “Grazzi, Lenah, talli ħsibt fi tfal oħra fil-ġurnata speċjali tiegħek. Inti verament ta’ ispirazzjoni.”
Nirringrazzjawha mill-qalbi għal dan il-ġest nobbli. Żgur li din is-somma se tgħin ħafna tfal li għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Prosit Lenah għall-qalb kbira tiegħek!
Facebook / Puttinu Cares