Hekk kif kompliet issir aktar intensiva l-kompetizzjoni ta’ X Factor Malta, il-programm tal-lejla wassal għal eliminazzjoni doppja.
L-ewwel li telqet mill-kompetizzjoni kienet Shauna Vassallo, wara li ġiet fl-aħħar post skont lt-vot tal-pubbliku. Minkejja l-impenn tagħha tul il-vjaġġ f’kull stadju ta’ X Factor, il-voti ma kinux biżżejjed biex iżżommha fil-kompetizzjoni.
Is-sitwazzjoni kompliet tiżvolġi meta l-grupp Bloodline u Kyle George spiċċaw ukoll mal-aħħar tlieta. Wara s-sing-off, il-ġurija sabet ruħha f’deadlock, b’żewġ voti għal kull att, u għalhekk id-deċiżjoni finali reġgħet marret f’idejn il-pubbliku.
Kien hawnhekk li l-vot tal-pubbliku ddetermina li Bloodline kellhom bl-inqas voti, u għaldaqstant ġew eliminati mill-kompetizzjoni. Eliminazzjoni emozzjonanti li tfakkar kemm kull wirja u kull vot jistgħu jagħmlu differenza f’din il-fażi kruċjali tal-programm.
Facebook / X Factor Malta