“Filwaqt Li Bdejna L-Jum Bl-Aħħar Tislima Lill-Għażiż Nannu Pawlu, Illum Missieri Qed Jiċċelebra Għeluq Il-65 Sena” – Wayne Aquilina

Wayne Aquilina

Tlett ijiem ilu s-Sindku tal-Kalkara u preżentatur maħbub Wayne Aquilina, fuq il-mezzi soċjali tiegħu ħabbar il-mewta tal-għażiż nannuh, in-Nannu Pawlu. Illum, li jaħbat għeluq snin missier Wayne, Emanuel, sellmu għall-aħħar darba lin-Nannu.

Wayne kiteb dwar dan hekk kif sejjaħ dan il-jum, bħala ġurnata partikolari għall-familja.

“Illum it-2 ta’ Frar 2026 ġurnata partikolari għalina bħala familja. Filwaqt li bdejna l-jum bl-aħħar tislima lil għażiż Nannu Pawlu, illum missieri Emanuel Aquilina qed jiċċelebra għeluq il-65 sena tiegħu. Awguri Daddy.”

Qasam ritratt tal-familja sabiħa tiegħu. Insellmu l-memorja tal-għażiż Nannu Pawlu. Fl-istess waqt, nawguraw lil missier Wayne f’jum twelidu.







Ritratti:

Facebook/ Wayne Aquilina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI