“Ors Jinżel Mill-Għolja Ta’ Gelmus Biex Idur Fit-Toroq Tar-Rabat” – It-Temp Madwarna Dwar Il-Festa Tal-Gandlora

Fuq il-paġna lokali ‘It-Temp Madwarna’, in-narratur kiteb dwar leġġenda antika. L-istorja sseħħ bħal-lum, fil-festa tal-gandlora.

Spjega, “llum, it-Tnejn, it-tieni jum mit-tieni xahar tas-sena (Frar) hija l-festa tal-gandlora – fil-passat din il-festa kellha sinifikat qawwi fil-kalendarju b’rabtiet mal-ħin tal-ġurnata li issa bdiet titwal sew, l-istaġuni u t-temp u anke leġġenda.”



Żied jgħid, “Il-leġġenda tgħid li fil-lejl bejn l-ewwel u t-tieni ta’ Frar, skont rakkont antik Għawdxi, ors jinżel mill-għolja ta’ Gelmus biex idur fit-toroq tar-Rabat, ixammem biex jara x’se jiekol. Jekk sa ma jżernaq saqajh ikunu mxarrbin, l-ors jerġa’ lura fl-ogħla għar tiegħu biex ikompli jorqod, għax ix-xitwa tkun destinata li tkompli għal erbgħin jum ieħor, imma jekk saqajh jibqgħu niexfa, ix-xitwa tkun għaddiet.”



In-narratur itemm kliemu, “Dan is-sinjal antik huwa marbut mal-festa tal-gandlora, u l-leġġenda tal-ors tal-gandlora. Fl-antik kienu wkoll iħallu xi musbieħ jew xemgħa viċin xi bieb jew tieqa.”



Ritratti:

Eman Camilleri u Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI