X'Jista' Jiġrilek Jekk Għandek Il-Covid-19?

Ilbieraħ filgħaxija l-awtoritajiet ħabbru li kull min ikun qed joħroġ wara li jkun instab li hu pożittiv għal Covid-19, ħa jkun qed iħallas b’mod qares għall-irresponsabilità tiegħu. Dan għaliex il-multa ta’ €3,000 issa telgħet għal €10,000.





“Multa ta’ €10,000 kull darba li persuna li għandha l-virus tal-Covid-19 ma tinstabx fir-rsidenza tagħha waqt spezzjoni mill-pulizija. Persuni li jkollhom il-virus tal-Covid-19, u m’għandhomx għalfejn ikunu l-isptar bilfors iridu joqogħdu f’iżolament (self isolation) taħt osservazzjoni medika.”

Sa issa l-multa kienet waħda ta’ €3,000 għal kull min ma jkunx qed isegwi l-liġi tal-Kwarantina, imma permezz ta’ avviż legali ġdid ħa tiġi introdotta l-multa ta’ €10,000 għal persuni li jkunu nstabu pożittivi u ma jirrispettawx l-obbligu ta’ iżolament. Wieħed għandu jkun responsabbli sabiex neqirdu l-firxa tal-Covid-19.

Instagran / Vivantesgmbh



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI