Madwar 70,000 resident se jkunu mingħajr ilma għal 10 sigħat nhar is-Sibt li ġej.
Dan hekk kif dakinhar se jkunu qiegħdin isiru xi xogħlijiet f’erba lokalitajiet differenti – l-Imsida, Birkirkara, San Ġwann kif ukoll il-Gżira.
Ħabbru dan fuq il-midja soċjali tagħhom il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma fejn skużaw irwieħhom mar-residenti għal dawn l-interruzzjonijiet.
Xerrdu dan l-avviż!
Facebook / Kunsill Lokali tal-Imsida u Pexels