Sħabu Tal-Iskola Jagħtuh Sorpriża B’Ħafna Ġugarelli Wara Li Nħarqet Id-Dar Ta’ Familtu U Tilef Kollox

Meta saru jafu li seħibhom tal-iskola tilef kollox wara li d-dar tal-familja tiegħu ħadet in-nar, kienu pronti ngħaqdu flimkien, ġabrulu għadd ta’ ġugarelli u tawhomlu bħala sorpriża.

Omm it-tifel li ngħata din is-sorpriża sostniet li meta saret taf b’dan il-ġest tħalliet bla kliem u stqarret li għamlet madwar siegħa sħiħa tibki hekk kif qatt ma bassret li kienet se ssib daqstant solidarjetà wara li d-dar tagħhom ħadet in-nar.

Il-protagonisti wara din is-sorpriża kienu grupp ta’ tfal tat-tielet sena li b’qalb tad-deheb xtaqu li jgħinu lil seħibhom kif jistgħu f’dan il-mument tal-bżonn.

“Dawn il-ġugarelli kollha għalik,” saħaq wieħed mit-tfal li ħadu ħsieb jorganizzaw din is-sorpriża filwaqt li t-tifel tħalla bla kliem u emozzjonat.







Ritratti:

Facebook / Philadelphia Elementary School

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI