Il-kantanta u vjolinista lokali Maria Cini llum sellmet il-memorja tal-għażiż nannu tagħha.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, hi qaltlu, “Nannu, strieħ. Daqsekk tfajtlek it-talba fuq ta’ Pinu. Daqsekk ċempiltli meta jkollok problema bil-laptop. Daqsekk għallimtek affarijiet ġodda fuq il-laptop. Daqsekk ħabbatlek b’ta li mod li tkun taf li ġejt jien. Daqsekk tkellimna fuq il-pitturi li tkun qed tpitter.”
Kompliet tgħidlu, “L-aħħar waħda li kellek tagħmel ma lħaqtx lestejta u kienet għal-qalbek ħafna – is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Grazzi ta kemm kont ta’ sapport fil-karriera tiegħi, dejjem iffolowjajtni u inkoraġġejtni nħares il-quddiem. Ta’ kemm kellek tumbati f’ħajtek u bqajt tikkumbatti, issa wasallek il-ħin li tista tistrieħ u tgawdi l-ġenna man-nannina u Emily.”
Messaġġ li jesprimi b’mod profond l-imħabba ta’ bejniethom. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu tibqa’ f’qalbna għal dejjem.
Facebook / Maria Cini