“Illum Jean Paul Borg U Daniel Bezzina Ggradwaw B’Masters Fil-Malti” – Il-Malti Fl-UM

Il-paġna ‘Il-Malti fl-UM’, li tiġi l-paġna uffiċjali tad-Dipartiment tal-Malti fil-Faculta` tal-Arti tal-Universita` ta’ Malta, awgurat lil xi membri minn tagħha talli gradwaw bil-Masters u d-Dottorat wara snin ta’ ħidma.

Permezz ta’ messaġġ t’awgurju, fuq il-paġna kitbulhom, “Illum Jean Paul Borg u Daniel Bezzina ggradwaw b’Masters fil-Malti u l-letteratura Maltija, waqt li David Agius Muscat kiseb id-Dottorat. Nifirħu lil dawn il-gradwati bravi tagħna, u lill-Prof. George Farrugia li għamel diskors eċċellenti f’isem l-akkademiċi matul iċ-ċerimonja.”



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nifirħulhom mill-qalb għal dan il-pass ġdid f’ħajjithom. Tassew ninsabu kburin bihom!





Ritratti:

Facebook / Il-Malti fl-UM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI