Stħarriġ li sar mill-Kunsill Studenti Universitarji wera li 57% tal-istudenti tal-Università ta’ Malta jemmnu li l-abort għandu jsir legali f’pajjiżna. Dan filwaqt li 25.4% huma tal-fehma li l-abort għandu jibqa’ illegali u 17.1% iqisu rwieħhom inċerti dwar dan is-suġġett tant kontroversjali.
Minn 12,400 student universitarju li hawn f’pajjiżna, dan l-istħarriġ ra s-sehem ta’ ftit iżjed minn 1,100 ruħ li fil-maġġoranza tagħhom kienu żgħażagħ bejn l-etajiet ta’ 17 u 20 sena. Kważi 70% ta’ dawk li pparteċipaw kienu nisa filwaqt li 30% l-oħra kienu rġiel.
L-istudenti li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ ġew mistoqsija wkoll f’liema xenarju jemmnu li l-abort għandu jkun permess f’pajjiżna. Ix-xenarju li kiseb l-iżjed appoġġ fost il-parteċipanti kien dak ta’ meta l-ħajja tal-omm tkun f’periklu filwaqt li dak li ġab l-inqas qbil kien dak ta’ meta l-omm tagħżel li twettaq abort minħabba l-ebda raġuni partikolari.
Intom x’taħsbu dwar ir-riżultat ta’ dan l-istħarriġ?
Wikipedia / L-Università ta’ Malta u Pexels