“Irnexxieli Ngħawweġ 15-Il Taġen F’Minuta Biss, Li Huwa Taġen Aktar Mir-Rekord Dinji” – Tony Farrugia

L-istrongman Malti Tony Farrugia ħabbar fuq il-paġna tiegħu li rnexxielu jikser rekord nazzjonali, fejn għawweġ 15-il taġen f’minuta biss.

Hu spjega, “Grazzi kbira minn qalbi lit-tim tieghi għall-għajnuna tagħhom waqt il world record. Grazzi lis-Sur James Fenech (timekeeper tal-futbol) u lis-Sur Martin Fenech (timekeeper professjonali tal-boxing). Grazzi kbira wkoll lix-xhieda s-Sur Alfred Mifsud (Guinness World Record holder), s-Sur Gabriel Caruana (Lecturer Junior College) u s-Sur Jeffrey Saliba talli osservaw ir-rekord. Grazzi kbira wkoll lil Zeppi Joe għall-għajnuna kbira tiegħu waqt l-ispettaklu. Grazzi minn qalbi ukoll lil Youtubers Gordon Travels u Englishman in Malta.”

Żied jgħid, “Irnexxieli ngħawweġ 15-il taġen f’minuta biss, li huwa taġen aktar mir-rekord dinji. Minħabba teknikalità żgħira tat-tidwir tat-taġen, jista’ jkolli problema biex jiġi aċċettat mill-Guinness.”



Nawgurawlu mill-qalb għal dan it-tragward. Tassew aħna kburin bih!





Ritratti:

Facebook / Tony Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI