Wara Li Sawwtuh Għax Għandu L-Awtiżmu Insista Li Minflok Jintbagħtu L-Ħabs, Jagħmlu Xogħol Komunitarju Ma’ Tfal Bl-Awtiżmu

Minn tfulitu kellu jitgħallem jgħix bl-awtiżmu; kundizzjoni li minħabba fiha minkejja l-karattru umli u sinċier li għandu, l-attaġjament tiegħu jista’ bla ħsieb jagħti l-impressjoni żbaljata li hu arroganti.

Darba fost l-oħrajn iż-żagħżugħ Amerikan Gavin Joseph li għad għandu 17-il sena sab ruħu mdawwar minn grupp ta’ żgħażagħ.

Fil-bidu ħaseb li avviċinawh għaliex xtaqu jkunu ħbieb miegħu iżda fil-fatt mingħajr ħniena ta’ xejn sawwtuh u ħallewh mimli feriti u tbenġil.

Minkejja l-krudeltà li sofra minn dawn iż-żgħażagħ, Gavin insista li minflok jitħarrku u b’hekk jissograw li jispiċċaw il-ħabs, jiġu mitluba jagħmlu xogħol kommunitarju fost tfal bl-awtiżmu sabiex b’hekk jifhmu verament l-implikazzjonijiet ta’ din il-kundizzjoni.

Id-deċiżjoni ta’ Gavin ħalliet lil bosta minn madwar id-dinja maħsuda hekk kif żgur ħadd ma kien qed jistenna li se jieħu deċiżjoni bħal din.







Ritratti:

Facebook / No One Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI