Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp, festa pubblika il-Ħamis 19 ta’ Marzu, Old Motors Club Malta se jorganizza l-wirja annwali tad-Dar Tal-Providenza Car Show fid-Dar Tal-Providenza.
L-avveniment se jsir mid-09:00 ta filgħodu sa nofsinhar fil-parkeġġ prinċipali tad-dar u huwa miftuħ għall-pubbliku ġenerali.
Madwar 140 karozza klassika u vintage se jkunu esibiti, li jkopru aktar minn seklu ta’ storja tal-karozzi, mill-bidu tas-seklu 20 sa l-bidu tas-seklu 21.
Din il-wirja tippermetti lill-viżitaturi jħarsu lejn varjetà unika ta’ karozzi storiċi f’atmosfera rilassata u familjari.
Barra l-wirja tal-karozzi, il-viżitaturi se jsibu wkoll autojumble b’oġġetti relatati mal-karozzi, kif ukoll ikel u xorb, jagħmlu dan l-avveniment wiehed ideali għal familji, tfal, żgħażagħ, u dilettanti tal-karozzi.
L-għan prinċipali tal-avveniment huwa li jinġabru fondi biex jappoġġjaw ix-xogħol importanti ta’ Dar Tal-Providenza.
Il-fondi kollha miġbura se jingħataw lid-Direttur, Fr Martin Micallef, biex jikkontribwixxu għall-appoġġ u l-kura tal-residenti.
Old Motors Club Malta tħares ‘il quddiem għal-numru kbir ta viżitaturi, biex din il-wirja tkun ta opportunità biex il-pubbliku jappoġġja kawża tajba.
Id-dettalji tal-avveniment huma dawn: Ħamis 19 ta’ Marzu 2026 (Festa Pubblika) bejn id-09:00 u 12:00 ġewwa d-Dar Tal-Providenza. Il-parking huwa b’xejn.

Facebook/ Old Motors Club Malta