Kyran Bonello, ir-rebbieħ tat-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent, ser ikun mistieden waqt il-programm Esperjenzi, preżentat minn Ivan Gaffiero fuq Xejk.
“Tiftakruh lil Kyran Bonello. Dak iż-żagħżugħ li tant daħal fil-qlub ta’ hafna nies wara is-success fil-Malta’s Got Talent. Issa kiber, sar ġuvni. Kyran Bonello se jkun wieħed mill-mistiedna tiegħi fil-programm ġdid li se nibda fuq Xejk, Esperenzi. Tkunu tafu aktar dwar dan dalwaqt.”
Mistennijin aktar dettalji dwar il-programm ta’ Ivan fejn ħa niltaqgħu ma’ ħafna personalitajiet li ser ikun qed jagħtihom l-ispazju li jitkellmu dwar ħajjithom kemm fuq livell personali kif ukoll professjonali.