L-attriċi Maltija Rachel Micallef iċċelebrat għeluq sninha lbieraħ b’messaġġ mimli pożittività u gratitudni li qasmet mas-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali.
Fil-messaġġ tagħha, Rachel irringrazzjat lil kull min bagħtilha x-xewqat sbieħ u lil dawk kollha li jappoġġjawha u jħobbuha kif inhi. B’ton ferrieħi kitbet, “Cheers għal sena oħra! Jalla l-Bambin jagħtini s-saħħa (u ħafna enerġija) biex nibqa’ nferraħ lin-nies u nġiegħel lil ħaddieħor jitbissem.”
Għal ħafna segwaċi, Rachel hi simbolu ta’ ferħ u kuraġġ, li dejjem tfittex li xxerred il-pożittività ma’ dawk ta’ madwarha.
Rachel hi attriċi lokali magħrufa għax-xogħol tagħha fit-teatru u t-televiżjoni lokali, l-aktar tibqa’ bla ebda dubju, Simpatiċi. Tul il-karriera tagħha ħadmet f’diversi produzzjonijiet li kabbru l-profil tagħha fix-xena artistika Maltija.
Barra l-palk, hija attiva wkoll fuq il-midja soċjali fejn taqsam mumenti mix-xogħol tagħha bħala personal trainer kif ukoll tibni relazzjoni mill-qrib mas-segwaċi bil-kontenut li titfa’.
Awguri minn qalbna Rachel! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ issa u dejjem!