“Għoxrin Sena Ilu Għedna ‘Iva’ Lil Xulxin” – Il-Prof. Alan Deidun

Permezz ta’ messaġġ ta’ mħabba fuq il-paġna tiegħu, il-Professur Alan Deidun awgura lil martu l-għażiża Prascovia għaliex illum jagħlqu għoxrin sena miżżewġin. F’dan il-messaġġ hu kiteb kemm japprezza l-imħabba ta’ bejniethom u l-memorja li għamlu, u li għad iridu jagħmlu, flimkien.



Hu kitbilha, “Għoxrin sena ilu għedna ‘Iva’ lil xulxin, u għadha s’issa l-aħjar deċiżjoni li qatt ħadt. Grazzi talli int il-blata tiegħi, il-ħabiba tal-qalb tiegħi, u d-dar tiegħi. Il-ħajja tagħna flimkien hi l-isbaħ storja għalija, u ħerqan biex nara x’hemm jistenniena fl-għoxrin kapitlu ieħor li ġej. Inħobbok iżjed minn qatt qabel… awguri Pres!”



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nifirħulhom f’din l-okkażjoni speċjali u nisperaw li jkollhom ġurnata mill-isbaħ!



Ritratti:

Facebook / Alan Deidun

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI