L-Animal Welfare t’Għawdex kitbu dwar l-għażiż Pepper, ferħ ta’ qattusa li qed ifittex il-kumpanija ta’ xi ħadd speċjali.
Fuq il-paġna spjegaw, “Pepper qed ikun xi ftit kwiet iżjed mis-soltu dan l-aħħar… ta’ biss tmien xhur, dan it-tifel gustuż riċentament ra lil wieħed minn ħutu jitlaq għal dar ġdida, u minn dakinhar, m’għadux iħossu bħal qabel.”
Żiedu jgħidu, “Pepper huwa qattus abjad il-ġmiel tiegħu b’lewn griż ma’ rasu, u b’qalb tad-deheb. Huwa ġentili, juri ħafna mħabba, u qed jistenna lil xi ħadd li se jerġa’ jagħtih kumpanija… hu m’għandux bżonn lil xi ħadd perfett imma għandu bżonn lil xi ħadd li se jagħżel lilu, u dar fejn mhux se jerġa’ jħossu waħdu.”
Intom lesti tiftħu qalbkom għal Pepper?
Facebook / Animal Welfare Gozo