Chris, fuq il-paġna tiegħu The Life of Papa Chris, fetaħ qalbu dwar kemm hu kburi bil-karattru ħelu ta’ uliedu, u kemm huma jfissru għalih.
Hu kiteb, “Fit-tajjeb u l-ħażin, dejjem hemm għal xulxin.”
Spjega li uliedu spiss jgħidulu, “Pa int okay? Pa aħna nħobbuk. Int għandek lilna.”
Żied jgħid, “Fil-ħajja mhux dejjem inħossuna tajjeb imma l-isbaħ ħaġa huwa s-sapport ta’ uliedek. Hemm ninduna kemm it-tagħlim li ngħallimhom juri l-frott tiegħu. Huma r-raġuni għaliex f’ħajti niġġieled u nipprova nkun tajjeb. Huma jkomplu jtuni d-daħka fuq wiċċi.”
Ma tistax ma tiggustahiex din il-familja sabiħa mimlija mħabba. Nisperaw li kellhom ġurnata mill-isbaħ f’din il-festa!
Facebook / The Life of Papa Chris