Il-kantanta lokali Claudia Faniello li ftit xhur ilu rnexxielha tiggradwa bħala psikoterapista tkellmet fuq il-midja soċjali dwar esperjenza li kellha llum fejn iltaqgħet ma’ bosta studenti żgħażagħ u ddiskutiet magħhom is-saħħa mentali.
Hi stqarret li f’dawn l-istudenti żgħażagħ rat lilha nfisha meta kienet għadha żagħżugħa u hi stess kienet qed tiġġieled l-isfidi psikoloġiċi tagħha.
Claudia fissret kif issa iżjed minn qatt qabel bħala psikoterapista tixtieq li tkun hemm għal dawn iż-żgħażagħ sabiex tfakkarhom li m’humiex waħedhom fl-isfidi li qed jaffaċjaw u li fl-aħħar mill-aħħar dejjem hemm xi ħadd li jħobbhom.
Facebook / Claudia Faniello