“Inħobbuk Bla Qies, Għal Dak Li Int U Li Għad Trid Tkun” – Up And Up With Faith

Fuq il-paġna ‘Up And Up With Faith’, il-ġenituri ta’ Faith u Theo kitbu messaġġ ta’ mħabba lill-għażiża tagħhom Faith fil-Jum iddedikat għat-tfal bid-Down Syndrome biex jiċċelebrawha u juru kemm hi speċjali għalihom.

Huma kitbu, “Inti l-ħolma li qed ngħix kuljum! Kemm inti sabiħa. Kemm inti kbira. Kemm għandek x’toffri. Dak li darba beżżgħani illum niċċelebrah għax jagħmlek dak li int!  Illum niċċelebrawk Faith u għandna għalxiex ta! Għax minn x’ħin ġejt f’ħajjitna imlejtilna b’ħafna dawl u kulur, tagħlima wara oħra u ħafna ħafna IMĦABBA! Inħobbuk bla qies, għal dak li int u li għad trid tkun. Kburin bik DEJJEM!”



Kliem sabiħ li juri l-imħabba kbira tal-ġenituri u d-dawl u ferħ li xxerred magħha Faith kull fejn tmur.





Ritratti:

Facebook / Up & Up with Faith

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI