“Tinsewx, Għandkom Tidhru Tajjeb U Tħobbu Lilkom Infuskom Kuljum. Mhux Għan-Nies Imma Għalikom” – Johan Mifsud

Johan Mifsud xerred ftit kliem ta’ ispirazzjoni permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Hu xtaq jgħallimna kif iżjed nistgħu nħobbu lilna nfusna. Hu beda billi qal li sejjer jixtri l-laħam, iżda xorta jixtieq joħroġ liebes sabiħ.

Spjega, “Importanti ħafna li tiċċelebra lilek innifsek dejjem. Mhux meta tmur biex tiltaqa’ ma’ xi ħadd, u mhux meta jkollok event. Illum jien sejjer nixtri mingħand tal-laħam u rrid noħroġ liebes faqa’. Għala le?”



Żied jgħid, “Hekk tibda tħobb lilek innifsek, u dawn l-affarijiet żgħar psikoloġikament ikunu qed jgħinuk biex tħossok aħjar… Tinsewx, għandkom tidhru tajjeb u tħobbu lilkom infuskom kuljum. Mhux għan-nies imma għalikom, biex tħossukom tajjeb”



Prosit Johan! Dan il-kliem għandna nżommuh f’moħħna biex inħobbu lilna nfusna.



Ritratti:

Facebook / Johan Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI