“F’Oħti Sibt Ispirazzjoni Ta’ Mħabba Bla Kundizzjoni U Innoċenza … Għalija May Tibqa’ Dejjem Oħti L-Kbira, Bniedma Unika U Speċjali” – L-MP Julie Zahra

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-membru parlamentari Julie Zahra qasmet ritratt u messaġġ sabiħ ma’ oħtha proprju f’World Down Syndrome Day.

Hi qalet, “Illum niċċelebraw il-World Down Syndrome Day. Jum li jfakkarna li d-differenzi tagħna jagħmluna uniċi u mhux inqas. Għalija dan hu jum speċjali ħafna … li f’oħti sibt ispirazzjoni ta’ mħabba bla kundizzjoni u innoċenza. Għalija May tibqa’ dejjem oħti l-kbira, bniedma unika u speċjali.”

Xi ġmiel ta’ ritratt u ġmiel ta’ messaġġ!







Ritratti:

Facebook/Malta, News, Photos and People

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI