Fuq Linked in Oliver Scicluna qasam messaġġ li qanqal riflessjoni, dwar li t-tmexxija m’għandhiex tkun limitata minn ebda kundizzjoni jew percezzjoni żbaljata, speċjalment fejn tidħol id-diżabilità.
Huwa enfasizza kif għal snin twal osserva kif ċerti nies jissottovalutaw il-potenzjal ta’ persuni b’diżabilità, ħafna drabi minħabba aspettattivi baxxi.
Oliver stqarr li esperjenza personali tiegħu turi l-oppost ta’ dawn il-preġudizzji.
“Jiena hawn biex nisfida dan għax ngħixu kuljum. It-tmexxija b’diżabilità ma għamlitnix mexxej inqas. Jekk xejn, għamlitni wieħed aħjar. Għallmitni r-reżiljenza biex nimxi ‘l quddiem meta s-sistemi ma kinux mibnija għalija. Għallmitni l-empatija biex nara lin-nies bħala bnedmin kompluti, mhux biss il-limitazzjonijiet tagħhom. Għallmitni l-kreattività biex insib soluzzjonijiet fejn oħrajn jaraw biss ostakli. Id-diżabilità mhix xi ħaġa inqas.”
l-aħħar nett, Oliver wassal messaġġ ċar: id-dinja m’għandhiex bżonn inqas mexxejja b’diżabilità, iżda aktar ambjenti tax-xogħol li jagħrfu u japprezzaw il-valur tagħhom.
Araw il-post li tefa’ fuq Linked in HAWN
Facebook/ Oliver Scicluna