Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The People of Malta laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Salvu, il-Majsi, raġel simpatiku li għadda wkoll parir siewi li persważ li bosta għandhom jifmuh u jgħixuh.
Hu qal, “Jiena għadni għaddej. X’nagħmel nintefa’ l-pjazza noqgħod ngħid fuq in-nies? Fil-ħajja trid taħdem, tiekol u jekk tieħu pjaċir tagħmel xi ħaġa, agħmilha. Ix-xogħol li jagħmlek raġel…u li ma tidħaqx bin-nies. Meta tmut dak li jibqgħu jiftakru!”
Sikwit niftakru f’dawk li ħallew din id-dinja qabilna, u lkoll niftakru kif aġixxew ma’ ħaddieħor, jiġifieri verament li għandu raġun!