Ta’ kull sena, Gwen li għandha 13-il sena tħejji numru kbir ta’ figolli b’risq Puttinu Cares u għal sena oħra għaddejja bil-ħidma. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook Gwen’s Cooking Club, hi żżomm lis-segwaċi aġġornati bil-proċess s’issa.
“Tibda l-ħames ġimgħa ta’ produzzjoni tal-figolli b’risq Puttinu Cares… Mil-lum bdejna naħdmu fuq batches 7,8 u 9… Qegħdin dejjem noqorbu viċin it-tmiem ta’ dan il-proġett li huwa ferm għal qalbi.”
Kemm hi xi ħaġa sabiħa li tara persuni li minn età żgħira jibdew jużaw dak li jħobbu jagħmlu, bħal tisjir, biex jagħmlu differenza f’ħajjet ħaddieħor!
Prosit bħal dejjem, Gwen!