“Ħolma Li Saret Realtà” – Antonella Axisa Fi Produzzjoni Ta’ Netflix

L-attriċi Maltija Antonella Axisa qed tiċċelebra pass importanti fil-karriera tagħha wara li ħadet sehem fis-serje ġdida How To Get To Heaven From Belfast, li bħalissa tinsab disponibbli fuq Netflix.

F’post li qasmet fuq il-midja soċjali, Antonella esprimiet kemm kienet eċċitata b’din l-esperjenza, u kitbet li għadha “tħoss il-buzz” li kienet parti minn din il-produzzjoni internazzjonali. Hija żvelat ukoll li interpretat il-karattru ta’ Gabriela fis-serje.



L-attriċi stqarret li bħala fan kbira tas-serje popolari Derry Girls, kienet ferm entużjasta meta ntgħażlet biex tkun parti minn proġett ieħor minn Lisa McGee. “Kont verament eċċitata li nkun f’dan il-proġett,” kitbet Antonella, filwaqt li żiedet li għamlet binge watching tas-serje u mal-ewwel inħakmet mill-karattri.



Antonella temmet il-messaġġ tagħha billi esprimiet gratitudni għall-opportunità li ngħatat, u ħarset ’il quddiem għal aktar proġetti fil-futur. Hija ħeġġet lis-segwaċi tagħha biex iżommu għajnejhom miftuħa għall-post li jmiss tagħha, fejn se tkun qed taqsam ritratti minn wara l-kwinti.

Sabiħ li naraw it-talent Malti fuq livell internazzjonali, hekk kif aktar artisti lokali qed jagħmlu isem barra minn xtutna.



Ritratti:

Facebook / Antonella Axisa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI