Ixxerja
Luke Vella, artist lokali ta’ stil dance pop li jgħix f’Londra, lbieraħ iċċelebra għeluq sninu. Wara li mexa lejn ir-Renju Unit, Luke żviluppa t-talent tiegħu fiż-żfin, fil-kant, u fir-reċtar, u sawwar identità kunfidenti.
Luke matul din is-sena nieda għadd ta’ kanzunetti oriġinali kif ukoll l-EP tiegħu Divine Chaos. Huwa jiddeskrivi d-dinja artistika tiegħu bħala Divine Chaos, fejn kontinwament tispikka l-konnessjoni u l-verità emozzjonali fil-kanzunetti tiegħu.
Fuq Spotify dan l-aħħar, Luke laħaq aktar minn13,000 semmiegħ u aktar minn 30,000 stream. L-udjenza tiegħu hija internazzjonali, u qed tkompli tikber drastikament.
Kiteb kelmtejn fl-okkażjoni t’għeluq sninu. “Sena oħra memorabbli (potenzjalment aktar minn waħda meta naħseb dwarha). Grata għas-sena li kelli.”
Awguri mill-qalb Luke!
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
“Mara Li Inspiratni B’Għemilha… Jekk Hemm Xrara Mill-Missjoni Tiegħek Fija, Hija Kollha Grazzi Għalik, Zi.” – Gretrude…
Kyle Zarb
Ilbieraħ
Il-preżentatriċi Gertrude Borg Marks kitbet messaġġ għal persuna għażiża immens għaliha, għaz-zija tagħha. Fiha sabet ispirazzjoni u valuri prezzjużi. “Mara li ispiratni b’ghemilha, bid-decizjonijiet li hadet f’hajjitha, bl-istejjer u rakkonti tragici, li sfortunatament kienu jkunu grajjiet veri.” Gertrude tkompli, “Bis-sempliċità tagħha, bl-umiltà. Mara, soru, missjunarja, qaddisa – imma fuq kollox ziti. Jekk hemm xrara mill-missjoni […]