“Xi Ħadd Donnu Ried Ifittex Jipparkja U Remiha L-Baħar!” – NGO Issib Tabella Mormija F’Qiegħ Il-Baħar

L-għaqda volontarja ‘Żibel’ li b’mod regolari tiġbor għadd ta’ voluntiera sabiex flimkien inaddfu postijiet differenti madwar Malta lbieraħ tellgħet ritratt fuq il-midja soċjali fejn fih bugħaddas jidher qed isib tabella mormija f’qiegħ il-baħar.

It-tabella tidher qed twissi lill-vetturi sabiex ma jipparkjawx f’post partikolari tat-triq jekk mhux sabiex iħottu xi tagħbija.

Filwaqt li appellat sabiex ma jsirx dan it-tniġġis, fuq nota ċajtiera, l-għaqda rrimarkat jekk kienx hemm xi ħadd tant iddisprat sabiex jipparkja u għalhekk rema t-tabella l-baħar.







Ritratti:

Facebook / Żibel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI