F’dawn il-jiem tal-Ġimgħa l-Kbira, iż-Żejtun qed joffri esperjenza aktar aċċessibbli u organizzata permezz ta’ pjattaforma diġitali ġdida – Holy Week in Żejtun
Minn idea sempliċi ta’ flyer li jiġbor l-attivitajiet, illum din evolviet f’one stop shop li jiġbor kollox f’post wieħed: wirjiet, pageants, ir-rotta tal-purċissjoni, informazzjoni dwar il-vari, kif ukoll dettalji dwar l-użanzi u t-tradizzjonijiet marbuta ma’ dawn il-jiem.

Is-sit huwa disponibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, sabiex ikun aċċessibbli mhux biss għall-komunità lokali, iżda wkoll għall-viżitaturi barranin li jixtiequ jiskopru dan il-wirt kulturali u reliġjuż.
Wieħed mill-aktar aspetti interessanti huwa r-rotta tas-seba’ visti – esperjenza unika fejn fiż-Żejtun tista’ tagħmel is-seba’ visti f’seba’ knejjes differenti, filwaqt li ddur il-lokalità stess.

Is-sit tinkludi wkoll mappa interattiva b’locations tal-knejjes u tal-wirjiet, biex min iżur ikun jista’ jippjana aħjar il-mixja tiegħu u jara x’hemm fil-qrib permezz ta’ Google Maps.
Dan il-proġett twieled mill-ħsieb ta’ Brian Scicluna flimkien mal-Kunsillier Anton Aquilina, bil-għan li jinħoloq għodda utli mhux biss għaż-Żwieten, iżda għal kull min jixtieq iżur iż-Żejtun u jesperjenza l-kultura u d-devozzjoni ta’ dawn il-jiem b’mod aktar modern u diġitali.

Kummissjoni Ġimgħa Kbira Zejtun