Propjetà Rurali Fis-Siġġiewi B’Kappella Ta’ 400 Sena Għall-Bejgħ – Prezz Ta’ €17.5 Miljun

Ruġġier Ltd

Proprjetà rurali unika fis-Siġġiewi bħalissa tinsab fis-suq b’valur ta’ madwar €17.5 miljun.

Din il-proprjetà, li tinsab qrib Is-Salib tal-Għolja, tinkludi madwar 14-il tumolo art, farmhouse oriġinali u kappella storika li tmur lura għal madwar 400 sena.

Skont l-aġenzija Ruggier Properties Ltd, il-post joffri veduti panoramiċi mill-isbaħ li jinfirxu fuq il-kampanja kollha ta’ madwaru, fatt li jagħmilha proprjetà diffiċli biex issib bħalha.



Ritratt: Ruggier Properties Ltd.



Minkejja l-karatteristiċi distintivi tagħha, jidher li l-proprjetà ilha fis-suq għal diversi snin, b’reklami li jmorru lura għall-2022, u s’issa għadha ma sabitx xerrej.

Il-prezz ta’ €17.5 miljun ipoġġiha fost l-aktar proprjetajiet għoljin f’Malta, għalkemm mhux l-ogħla – hekk kif f’dawn l-aħħar snin, penthouse f’Mercury Towers kienet ġiet offruta għal madwar €22 miljun.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI