Il-kantanta lokali li rrappreżentatna fil-Eurovision Song Contest tas-sena 2004, Julie Zahra, illum tiċċelebra għeluq sninha. Fl-2004 flimkien ma’ Ludwig kantat il-kanzunetta On Again… Off Again fuq mużika ta’ Philip Vella u kliem ta’ Gerard James Borg.
Julie rajnieha tipparteċipa f’diversi avvenimenti mużikali lokali fosthom il-Festival Kanzunetta Maltija, Rockestra, il-Konkors Kanzunetta Indipendenza u aktar. Illum il-ġurnata Julie hi anke involuta fil-politika, bl-irwol ta’ Membru Parlamentari.
Matul is-snin ħafna jiftakru lil Julie tieħu sehem bħala attriċi fuq it-televiżjoni wkoll, fejn kellha rwol waqt it-tielet staġun ta’ Dejjem Tiegħek Becky. Hi kantat anke is-sigla uffiċjali tas-sensiela televiżiva It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha ċ-ċans li tiċċelebra dan il-jum speċjali. Awguri minn qalbna Julie.
Facebook/ JulieZahra.mt