Fit-Titjira Li Organiżża Pajjiżna Minn Dubaj Ma Ġewx Salvati Biss Ċittadini Maltin Iżda Ġie Salvat Ukoll Cookie

Abbord l-ajruplan li ftit ġimgħat ilu telaq mill-belt ta’ Dubaj u llandja f’pajjiżna sabiex jiżgura s-sigurtà ta’ bosta Maltin li nqabdu fir-reġjun fl-isfond tal-gwerra li tinsab għaddejja bħalissa, ma kienx hemm biss ċittadini Maltin iżda kien hemm ukoll Cookie; kelb li nġieb f’pajjiżna sabiex jingħata l-kenn mill-missili u l-attakki.

Waqt programm AWLA tal-bieraħ ġie spjegat kif il-kelb seta’ jinġieb f’pajjiżna frott ħidma konġunta li seħħet bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Dr Fleur Abela, il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali.

Waqt il-programm id-Deputat Prim Ministru Ian Borg kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa’ ma’ dan il-kelb kif ukoll ma’ Julia, il-persuna li assistiet lill-kelb tul it-traġitt.







Ritratti:

ONE TV / AWLA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI