Lydon Irċieva Unur Mingħand ‘Malta Records’ Bħala L-iżgħar Preżentatur Tar-Radju Fil-Mument

David Muscat u Lydon

Il-preżentatur David Muscat reċentament qasam messaġġ ta’ tifħir u apprezzament lejn Lydon Agius, li ħafna nies saru jafuh waqt il-Malta’s Got Talent, li rebaħ flimkien ma’ missieru.

Lydon kompla jirċievi appoġġ permezz tal-programm popolari Makkjetti u Kanzunetti. Fil-messaġġ tiegħu, David esprima kemm hu kburi bil-kollega żagħżugħ tiegħu.

Huwa rrimarka kif Lydon beda l-vjaġġ tiegħu fid-dinja tax-xandir minn età impressjonanti ta’ sitt snin biss, u minn dakinhar baqa’ juri dedikazzjoni u passjoni kbira. Matul l-istess programm, Lydon Agius ingħata unur speċjali minn Malta Records, fejn ġie rikonoxxut bħala l-iżgħar preżentatur tar-radju bħalissa.

David temm il-messaġġ tiegħu b’kelmiet ta’ inkoraġġiment u tifħir: “Prosit King, tassew jistħoqqlok.” Dan juri r-relazzjoni sabiħa ta’ ħbiberija u rispett li teżisti bejn il-preżentaturi, kif ukoll il-mod kif Lydon huwa apprezzat mhux biss mill-kollegi tiegħu iżda wkoll mill-udjenza li ssegwih.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI